Previous slide
Next slide

Fil-Port il-Kbir insibu żewġ menqiet, ferm importanti sa mill-antik li jiffurmaw parti miz-zona magħrufa bħala l-Marsa. Il-kelma Marsa ġejja mill-kelma Għarbija li tfisser post għall-ankraġġ u l-irmiġġ tal-bastimenti.

Id-daħla kienet magħrufa wkoll bħala ż-żewġ menqiet (żewġ Marsiet), wieħed jismu Xatt il-Qwabar u l-ieħor il-Marsa il-Kbira; (Larger il-Marsa), li tasal sal-kappella taċ-Ċejlu; Dan sar magħruf ukoll bħala Portu Novu. Iż-żewġ menqiet huma separati mill-għolja tal-Ġiżwiti li warajha tinsab il-pjanura ċatta li tinfirex sal-periferija ta’ Ħal Qormi (Città Pinto). Jidher ċar li l-art u ż-żewġ widien jinsabu f’din iż-żona taħt il-livell tal-baħar. Dawn il-widien, Wied is-Sewda u Wied il-Kbir, jimxu f’din il-pjanura.

Żmien ilu, anki qabel il-miġja tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, din il-menqa l-baxxa kienet testendi sal-limiti ta’ Ħal Qormi (Città Pinto), postijiet magħrufa bħala Taċ-Ċagħqi jew l-Erbà Qaddisin;. Sa mill-qedem il-bniedem kien ifittex kenn f’dawk l-inħawi fejn kienu jiġu kultivati l-għelieqi u jitkabbru l-uċuħ tar-raba’. Jingħad li l-pjanura kellha rqajja’ ta’ simar, kif ukoll kellha kanal ta’ l-ilma mimli bi speċi magħrufa bħala l-murina, sodda ta’ l-ilma mifruxa bi qxur tal-baħar, arkati, u daħla b’ħut abbundanti. Sejbiet arkeoloġiċi li saru f’partijiet differenti tal-Marsa juru li minn żmien il-qedem dan il-post kien magħruf min-nies li kienu jgħixu f’Malta u li għarfu kif jisfruttaw l-kenn li joffru dawn il-menqiet.

 

Fi żmien medjevali u għal żmien twil wara, il-Marsa kienet tagħmel parti mill-parroċċa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi (Città Pinto). Dar kompla sal-1913 meta l-Marsa wara ġiet iddikjarata parroċċa. Jingħad li fl-1890 il-Marsa kellha popolazzjoni ta’ 6,200 ruħ u 200 dar, iżda l-attività ġewwa l-Port il-Ġdid (Portu Novu), il-Marsa bdiet tikber f’subborg. Wara dan it-tkabbir li għaddiet minu l-lokalità tal-Marsa, preżentament il-Marsa qed tesperjenza minn tnaqqis drastiku fil-popolazzjoni.